Żewġ Maltin fi Spanja

Żewġ Maltin fi Spanja hija produzzjoni komika mużikali li tagħmel parti mill-ħidma teatrali tal-Fondazzjoni Teatrali Silvio Fleri Soler.

Il-paġna tiġbor tagħrif u ritratti mill-produzzjoni, u tagħti ħarsa lejn il-vjaġġ artistiku, il-kast u l-atmosfera tal-ispettaklu.

Poster tal-produzzjoni Żewġ Maltin fi Spanja

Minn fejn beda kollox

L-ewwel produzzjoni mużikali li saret għaxar snin ilu ġewwa l-iskola sekondarja tal-Ħamrun bl-arranġament u direzzjoni ta’ Joseph Fleri Soler, id-direttur attwali tal-fondazzjoni. Illum għaxar snin wara iddeċidejna li nerġaw intellaw din il-produzzjoni b’uħud mil-istess atturi li kienu ħadu sehem dak inhar. Produzzjoni komika mużikali bi storja li żgur sejra tintlaqa’ tajjeb kif kienet għamlet meta saret ġewwa l-iskola. Storja fejn tara żewġ maltin li jaħarbu minn Malta biex jevitaw id-dejn u jispiċċaw jidħlu f’balbuljata li żgur qatt ma kienu qed jistennew.  Kummiedja imżewqa b’kant, żfin u ċajt għall-familja kollha.

Ir-ritratti u l-kontenut tal-paġna juru l-enerġija tal-kast, l-elementi mużikali u l-karattru komiku tal-produzzjoni, filwaqt li jservu bħala rekord tal-proġett.